L-Ebola nfirxet malajr wisq – WHO

L-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) qalet li l-marda tal-Ebola fil-punent tal-Afrika nfirxet wisq malajr u li qed isibuha diffiċli biex jikkontrollawha.
Matul din il-ġimgħa, kien hemm 140 każ ieħor tal-Ebola, filwaqt li mietu aktar minn 70 persuna.
Huwa maħsub li l-Ebola qatlet aktar persuni minn mard ieħor, bin-numru tal-mejta s’issa jitla għal 1,420. 
Tobba tal-WHO urew it-tħassib tagħhom dwar żoni li ma jistgħux jilħqu u ma jistgħux jagħtu kura lill-pazjenti.
Qalu li l-ġlieda kontra din il-marda se tieħu xhur hekk kif din infirxet f’qasir żmien fl-ibliet u fl-irħula Afrikani.