L-ebda verdett fil-każ tal-avukat u attivist prominenti Ċiniż

A man walks outside an Intermediate People's Court where prominent rights lawyer Wang Quanzhang is being tried, in Tianjin, China December 26, 2018. REUTERS/Thomas Peter

Is-smigħ tal-każ kontra avukat u attivist prominenti għad-drittijiet tal-bniedem Ċiniż ġie fit-tmiemu llum mingħajr ma ġie mgħoti l-verdett. L-għaqda mhux governattiva Amnesty International iddeskriviet il-każ bħala farsa. Il-każ ta’ Wang Quanzhang qajjem ħafna tħassib fost il-pajjiżi tal-Punent.

Quanzhang bħala avukat ħa diversi każi sensitivi inkluż ilmenti dwar tortura mill-Pulizija u ddefenda segwaċi tal-moviment spiritwali Falun Gong li huwa projbit fiċ-Ċina. Huwa kien spiċċa nieqes fl-2015 waqt ir-repressjoni li saret miċ-Ċina fuq diversi attivisti.

Skont Reuters, l-investigazzjoni dwar Quanzhang sabet li huwa kien influwenzat minn forzi li huma kontra ċ-Ċina u li kien tħarreġ barra minn dawn il-gruppi u aċċetta li jieħu xi flus minn għandhom.

Il-Pulizija barra l-Qorti waqqfu l-ġurnalisti milli jidħlu għas-smigħ u qalulhom li każ se jkun qed jinstemma wara bibien magħluqa.

Attivist barra l-Qorti, Yang Chunlin, li kien diġà qatta’ żmien il-ħabs wara li nstab ħati ta’ tixwix kontra l-istat kien barra l-Qorti juri l-appoġġ tiegħu ma’ Quanzhang qabel mal-aġenti pajżana ma arrestawh.

Diversi persuni mill-korpi diplomatiċi ta’ pajjiżi tal-Punent kienu barra l-Qorti iżda ma tħallewx jidħlu għas-smigħ.