L-ebda turnover min-naħa ta’ Klopp

F’konferenza stampa li ħejja l-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp lejliet il-logħba tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League kontra Porto, huwa serraħ moħħ il-partitarji li mhux ser jagħmel l-ebda bdil ta’ plejers minkejja li rebħu l-ewwel leg barra minn darhom bl-iskor ta’ 5-0.
Il-kowċ Ġermaniż saħaq illi seta’ jagħmel xi bdil ta’ plejers għal din il-partita li ser tintlagħab f’Anfield Road iżda hu għandu rispett għall-avversarji Portugiżi u għalhekk ser jagħżel l-aqwa elementi possibbli filwaqt illi jrid jikseb rebħa oħra.
Id-diskors tiegħu dar ukoll fuq il-fatt illi huma għadhom mhux megħluba f’din l-edizzjoni tac-Champions League u l-ħsieb tiegħu hu illi jibqa’ għaddej f’din il-forma.