Read in English.
Il-Pulizija f’Pariġi mill-lum se tkun qed twaqqaf is-servizzi ta’ takeaway għall-ikel lest u l-alkoħol bejn 10pm u 6am biex trażżan il-pandemija tal-Covid-19.
Fi stqarrija l-pulizija spjegat li l-bejgħ u l-konsum tal-alkoħol f’postijiet pubbliċi se jkun ukoll imwaqqaf. Ir-restoranti li bħalissa jinsabu magħluqin jistgħu jagħmlu takeaway u jqassmuhom fid-djar.
Ir-restoranti huma magħluqin madankollu l-klijenti kienu qegħdin jiltaqgħu xorta minkejja l-bżonn li li ma jkunx hemm interazzjoni soċjali.
Is-Sindku ta’ Pariġi qal li meta n-nies ma jżommux mal-liġijiet u r-restrizzjonijiet biex tiġi kkontrollata l-pandemija jkunu qegħdin jirriskjaw ħajjithom u ħajjet ħaddieħor u għalhekk ikun deċiż li jiġu introdotti restrizzjonijiet.
Sorsi viċin il-Gvern Franċiż qalu li kien hemm diversi persuni li organnizzaw festini klandestinament u ikliet privati u kien għalhekk li ddaħħlu regoli iktar stretti.
Il-Gvern Franċiż ħabbar li l-pajjiż se jmur lura f’lockdown nazzjonali li se jdum sal-1 ta’ Diċembru.