​L-ebda suldat Malti fuq missjonijiet ta’ paċi

Bħalissa m’hemm l-ebda suldat involut f’missjonijiet ta’ paċi barra l-pajjiż.
Dan qalu l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia fil-Parlament.
Min-naħa l-oħra hemm 26 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta li jinsabu fuq taħriġ barra.
L-ikbar kontinġent Malti jinsab l-Irlanda u r-Renju Unit fuq korsijiet ta’ formazzjoni tal-uffiċjali.
Hemm erbgħa jattendu korsijiet ta’ formazzjoni navali fl-Italja waqt li tliet individwi qed jattendu korsijiet fl-avjazzjoni fir-Renju Unit, ieħor kors ta’ instructor fir-Repubblika Ċeka u wieħed fuq munizzjon fir-Renju Unit.
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsijiet parliamentari tad-deputat Laburista Edward Zammit Lewis.