L-ebda strajk mit-tobba sal-ġimgħa d-dieħla

L-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta (MAM) qalet li se twaqqaf l-azzjonijiet industrijali sakemm il-gvern jagħti r-risposta tiegħu f'laqgħa li se ssir il-ġimgħa d-dieħla.
Il-MAM qed targumenta li l-Gvern ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment mingħajr ma jipprovdi avviż ta’ sitt ġimgħat lill-Assoċjazzjoni, bi ksur tal-ftehim kollettiv.
L-Assoċjazzjoni ppreżentat "proposta għal soluzzjoni" fl-laqgħa li kellha mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. F’kummenti lill-midja, Balzan ma żvelax x'kienet il-proposta għax spjega li ma riedx jikkomprometti l-istat tan-negozjati li għaddejin bħalissa mal-Gvern.
Anki Fearne kkonferma li mhux se jsiru azzjonijiet industrijali sal-ġimgħa d-dieħla. Il-gvern offra li juri kopja mhux iċċensurata tal-ftehim milħuq ma' VGH lill-MAM iżda l-unjin qed titlob li l-ftehim ta' privatizzazzjoni jitneħħa ladarba l-VGH naqset milli tissodisfa l-obbligi tiegħha.
Il-MAM sostniet ukoll li t-trasferiment tal-konċessjoni lil Steward Healthcare mingħajr konsultazzjoni kien qed jikser il-ftehim kollettiv tagħhom. 
Waqt il-programm Follow-Up fuq RTK, is-Segretarju Ġenerali tal-MAM, Martin Balzan qal li “l-Gvern qabel magħna li l-pjan tal-Vitals falla; imma mhu se jinbidel xejn għal 28 sena”.