Il-kuruni tal-Papa nxtraw b’direct order

Il-Gvern għażel li jixtri l-kuruni mberkin mill-Papa Franġisku b'direct order.
Ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti għall-akkwist ta' 3,100 kuruna mbierka mill-Papa Franġisku u li ngħataw lill-anzjani fid-djar tal-anzjani.
Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li minħabba “l-karatteristikà u l-partikolarità tal-prodott”, ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti.
Il-Ministru kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.