L-ebda qbil bejn ir-Russja u l-Istati Uniti fuq is-Sirja

L-Istati Uniti u r-Russja ma rnexxilhom jegħlbu d-differenzi ta’ bejniethom dwar il-possibilità ta’ intervent militari fis-Sirja.

Dan sostnieh il-President Russu, Vladimir Putin.

Huwa enfasizza li kull intervent militari se jwassal għal kriżi fil-Lvant Nofsani.

Dawn il-kummenti ta’ Putin waslu fi tmiem l-aħħar konferenza waqt summit tal-G20 f’San Pietruburgu.

Matul il-G20, il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama ħeġġeġ aktar mexxejja jingħaqdu miegħu fl-attakk imminenti fuq is-Sirja.