L-ebda progress bejn l-Air Malta u l-ALPA

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ma sar ebda progress bejn l-Air Malta u l-unjin tal-bdoti l-ALPA
Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, il-Prim Ministru qal li l-Linja Nazzjonali tal-Ajru ma tistax tagħti minn dak li ma għandiex.
Kompla jgħid li jixtieq li tinstab soluzzjoni malajr kemm jista’ jkun.
Jiem ilu l-Linja Nazzjonali tal-Ajru ressqet mandat ta' inibizzjoni quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-unjin tal-piloti tal-Air Malta, l-ALPA, biex il-membri tagħha ma jiħdux azzjoni industrijali.
Min-naħa tagħha, l-ALPA qalet li l-azzjonijiet tal-Airmalta fil-konfront tal-bdoti huma theddida ċara għad-dritt tagħhom ta’ assoċjazzjoni waqt li saħqet li qed tipprova tagħmel sarima ma' ħalq il-bdoti
L-ALPA kienet diġà ordnat lill-membri tagħha biex fost oħrajn ma jilbsux l-uniformi sħiħa u kienet qalet li tinsab lesta li tieħu aktar azzjonjiet fil-futur qrib jekk il-kundizzjonijiet tal-bdoti ma jmorrux għall-aħjar.
Dwar is-diskussjonijijiet mal-Alitalia, il-Prim Ministru qal li d-diskussjonijiet għadhom għaddejin.
Saħaq li l-Gvern mhu se jaċċetta l-ebda offerta li ma tkunx fl-interess tal-Air Malta.