​L-ebda proġett High Rise f’Għawdex – Ian Borg

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li m’hemm l-ebda proġett High Rise għal Għawdex quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-Ministru Borg kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.
Fl-2016, fi tweġiba parlamentari, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet qed tevalwa 14-il applikazzjonijiet għal bini ta' torrijiet high rise, fosthom waħda f'Marsalforn. 
Ritratt: Visitgozo.com