“L-ebda pressjoni internazzjonali mhi se twaqqafni” – il-PM Iżraeljan

Iżrael se jkompli jirreżisti l-pressjoni internazzjonali kontrih sabiex iwaqqaf l-attakki kontra l-Palestinjani. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Iżraeljan Bejnamin Netanyahu fejn ikkonferma li min-nhar it-Tlieta li għadda ‘l hawn, pajjiżu attakka aktar minn elf post fuq il-medda ta’ Gaża.
Uffiċjali Palestinjani qed isostnu li nqatlu mal-113 il-persuna.
Il-militanti tal-Ħamas komplew jisparaw missili minn Iżrael lejn Gaża.
Intant Netanyahu qal li għamel kuntatt bit-telefon mal-President tal-Istati Uniti Barack Obama u mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, li ddeskrieva bħala “kuntatti tajbin u pożittivi”. 
Fl-istess waqt sostna li l-ebda pressjoni internazzjonali mhi se twaqqaf lill-Iżrael milli jkompli jaġixxi bil-forza.