L-ebda offerta konkreta għal Sturridge

Il-kowċ ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, ħabbar illi l-attakkant tiegħu Daniel Sturridge se jiġi msejjaħ għall-partita tal-lum illi r-Reds għandhom kontra West Brom fl-FA Cup.
Il-plejer internazzjonali Ingliż imsemmi illi jista’ jitlaq lill-klabb, u għalih hemm interessati Inter, Sevilla u anke West Ham.
Minkejja dawn ix-xnigħat, l-ebda offerta konkreta ma ġiet imressqa u bil-ġranet tas-suq tat-trasferimenti li jkomplu jonqsu, Sturridge ikollu jibqa’ mar-Reds għallinqas sal-aħħar tal-istaġun.
Sturridge ilu ma’ Liverpool sa mis-sena 2013, u dalwaqt jgħaqqad il-mitt logħba magħhom hekk kif minn 98 partita skorja 48 gowl.