L-ebda nominazzjoni għadha ma ntefgħet għas-siġġu ta’ Muscat

Read in English.

Illum huwa t-tielet jum li fih il-kummissjoni elettorali qiegħda tilqa’ n-nominazzjonijiet sabiex jimtela s-siġġu ta’ Joseph Muscat fuq it-tieni distrett. S’issa ħadd għadu ma tefa’ n-nominazzjoni tiegħu sabiex jimtela dan is-siġġu.

Dawn in-nominazzjonijiet infetħu wara li t-Tnejn li għadda l-eks Prim Ministru rreżenja mill-Parlament wara 12-il-sena.

Intant matul il-konferenza stampa li saret illum il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli ma kkummentatx dwar il-possibilità li tieħu post Joseph Muscat fil-Parlament Malti.