L-ebda Maltin ma ndarbu fit-terremot fil-Greċja u t-Turkija

TRT World

Read in English.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħabbar li l-ebda Maltin ma darbu fit-terremot qalil li ħakem il-belt ta’ Iżmir fit-Turkija u xi gżejjer Griegi fil-Baħar Eġew.

Fi stqarrija, il-Ministeru spjega li malli sema’ bit-terremot, huwa fittex jagħmel kuntatt mal-Maltin fir-reġjuni milqutin, iżda jidher li m’hemmx Maltin feruti.

It-terremot kien ta’ skala 7.

Il-Ministeru esprima solidarjetà mat-Turkija u l-Greċja. Huwa rringrazzja lill-awtoritajiet ikkonċernati għar-rispons immedjat biex jipproteġu lil dawk kollha li ntlaqtu mit-terremot.

Kull min jeħtieġ l-għajnuna jista’ jagħmel kuntatt mal-Ministeru permezz tal-email sitcen@gov.mt jew fuq in-numri 21042200/ 21242191.