L-ebda konnessjoni bejn l-ISIS u l-attakk f’Ottawa

Il-Ministru Kanadiż għall-Affarijiet Barranin sostna li mhemmx provi biżżejjed biex jiġi stabbilit li wara l-attakk f’Ottawa kien hemm involuti l-jihadisti tal-Istat Iżlamiku.
Qal li r-raġel maqtul kien estremista u dan huwa ta’ tħassib għall-Awtoritajiet tas-Sigurtà tal-pajjiż.
Huwa qal li jinsab imħasseb ukoll bl-ammont ta’ Kanadiżi li ddeċidew li jitilqu mill-pajjiż u jmorru jingħaqdu mal-militanti tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja u l-Iraq.