L-ebda kompromess mal-valuri prinċipali wara Brexit – Von Der Leyen

REUTERS/File Photo

Read in English.

Il-President tal-Kummissjoni Unjoni Ewropea, Ursula von der Leyen,qalet li l-Kummissjoni Ewropea se jagħmel l-almu kollu tiegħha sabiex tissiġilla ftehim dwar ir-rabtiet ġodda mar-Renju Unit sa tmiem din is-sena iżda mhu se jkun hemm l-ebda kompromessi mal-valuri prinċipali fosthom dak ta’ kompetizzjoni ġusta.

Ir-Renju Unit telaq mill-UE, l-akbar blok kummerċjali fid-dinja nhar il-31 ta’ Jannar li għadda wara 47 sena ta’ sħubija, b’dispjaċir kbir għall-UE, u hekk kif l-aħħar tas-sena qed joqrob, ftit sar progress dwar it-tfassil ta’ relazzjoni ġdida.

“In-negozjati mar-Renju Unit dejjem dehru li se jkunu diffiċli ħafna u fil-fatt hekk kien,” qalet von der Leyen, il-kap tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew.

“Issa ninsabu nofs triq f’dawn in-negozjati u kull ma fadal huma ħames xhur. Iżda żgur li m’aħniex nofs triq fix-xogħol tagħna biex naslu għal ftehim …Se nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nilħqu ftehim.”

Hija qalet li l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kien ikkonferma magħha din il-ġimgħa stess li Londra ma kienitx se tfittex li ttawwal in-negozjati fuq ftehim kummerċjali ġdid bejn l-UE u r-Renju Unit lil hinn minn Diċembru.

L-UE qalet li l-Ingliterra ma tistax iżżomm il-benefiċċji ekonomiċi u kummerċjali kollha li kellha meta kienet membru sħiħ, filwaqt li Londra qalet li Brussell mhiex qed turi biżżejjed flessibbiltà.

“Lesti nkunu kreattivi biex nilħqu ftehim,” qalet von der Leyen.

Hija iżda kompliet tgħid li m’għandu jkun hemm l-ebda ftehim mingħajr “termini ġusti għaż-żewġ naħat” li jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta, ftehim dwar il-qasam tas-sajd u mekkaniżmi biex jissolva diżgwid.

“NIMXU ‘L QUDDIEM FLIMKIEN” 

L-UE qed tinsisti li l-Ingilterra trid timpenja ruħha li żżomm ma’ l-istandards Ewropej dwar kollox, mill-għajnuna ta’ l-istat lill-qasam tax-xogħol għar-regolamenti dwar l-ambjent, b’mod li ma jkunx hemm kompeizzjoni inġusta ma’ prodotti ġejjin mill-UE fil-ġejjieni.

“Għandu jkun fl-interess taż-żewġ naħat li kemm l-Unjoni ewropea kif ukoll ir-Renju Unit ma jaqgħux lura iżda jimxu dejjem ‘il quddiem flimkien biex ikomplu jintlaħqu l-ogħla standards,” qalet von der Leyen.

Hija qalet ukoll li l-Ingilterra trid toffri garanziji legali li titratta l-informazzjoni sensitittiva li għandha fuq ċittadini ta’ l-UE kif suppost jekk trid li tkun tista’ tikseb aċċess għat-databases tal-blok jew koperazzjoni ġudizzjarja u mal-pulizija.

Kwalunkwe ftehim milħuq bejn is-27 stat membru ta’ l-UE u l-Ingilterra, eventwalment ikun irid jiġi ratifikat mill-Parlament Ewropew. Uħud minn dawk li jfasslu l-liġi qed jitolbu li jkun hemm tħejjijiet f’każ li ma jintlaħaqx ftehim.

“Se tkun diffiċli. Hija possibbli iżda ż-żmien huwa qasir wisq,” qal in-negozjatur ewlieni tal-bloc Michel Barnier waqt l-istess konferenza. 

“Hija l-għażla tar-Renju Unit iridx ftehim jew le, għaliex il-kundizzjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim, diġa huma magħrufa.”

Barnier qal li t-taħdidiet bejn l-UE u r-Renju Unit mistennija jintensifikaw matul Lulju, Awissu u Settembru u talab biex il-ftehim ma jkoprix biss l-aspett kummerċjali iżda wkoll is-sigurtà, l-ambjent u drittijiet soċjali. 

“Il-prijorità tagħna hija u tibqz’ dik li nilħqu ftehim. Iżda għandna wkoll ir-responsabbiltà li nkunu preparati għal kull xenarju possibbli, immaterjali ikunx hemm ftehim jew le.”