“L-ebda kliem ma’ jista’ jispjega dan il-qsim ta’ qalb” – Muxu

“Illum qalbna maqsuma hekk kif tlifna l-akbar parti tal-familja tagħna. Għażiża nanna l-ebda kliem ma’ jista jispjega dan il-qsim ta’ qalb,” kiteb il-kantawtur Matthew “Muxu” Mercieca hekk kif ħabbar li nanntu Edith Pace ħalliet din id-dinja. Huwa ddeskriviha bħala l-għerq tal-familja kollha li għallmithom kif iħobbu.

“Parti minni ma tistax taċċetta li issa ma nistgħux niġu s’għandek għal xi toast jew għal ftit mill-imħabba tiegħek,” kompla jikteb hu waqt li żied jgħid li dawn l-aħħar xhur xejn ma kienu faċli peress li hi kienet tiddeskrivi l-perjodu bħala wieħed agħar minn dak ta’ żmien il-gwerra, għax għallinqas f’dak iż-żmien stajt tgħannaq u tbus il-persuni li tħobb.

Hu żied jgħid li issa jemmen li hija tinsab man-nannu, il-bniedem li hija tkellmet dwaru daqs li kieku kien għadu fostna minkejja li ilu 30 sena li ħalliena.

“Aħna nibqgħu insemmuk mat-tfal tagħna u l-ġenerazzjonijiet ta’ wara għax jeħtieġ li jkunu jafu li r-raġuni li tant inħobbuhom hija kollha grazzi għall-imħabba bla kundizzjoni li kienet tanta n-nanna tagħna,” kompla jikteb hu.

Huwa kompla jgħid li se jkunu qed jimmissjawha ma’ kull ġurnata li jgħaddi u jistenna dak il-jum li jerġa’ jgħannaqha mill-ġdid.

The root to all our family, the one who taught us how to love and how to heal. Today our heart is broken as we lost the…

Posted by Muxu on Tuesday, September 15, 2020

Kondoljanzi lil Matthew u l-familja tiegħu.