L-ebda każ pożittiv għal 5 jum f’din il-ġimgħa

swabbing center

Għall-ħames jum matul din il-ġimgħa, l-awtoritajiet tas-saħħa ma sabu l-ebda każ pożittiv ta’ coronavirus fost it-testijiet li saru lbieraħ. Ġie rreġistrat każ ta’ fejqan ġdid biex b’hekk it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 25 każ.

Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa fejn ta’ kuljum qed tiġi ppubblikata l-istatistika b’aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija f’Malta. Is-Sibt b’kollox saru 661 swab test.

Sa issa fiequ 636 persuna li minnhom 378 kienu rġiel u 258 kienu nisa.