L-ebda każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 3

Miguela Xuereb

Read in English.

Matul il-jum tal-bieraħ ma nstabux każi ġodda tal-coronavirus. Dan ħareġ mill-infografika tal-lum ippubblikata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa.

Dawn kien riżultat ta’ 870 swab test fi żmien 24 siegħa. Intant, fiqu tliet persuni. Dan wassal biex fil-pajjiż issa hawn 26 każi pożittivi tal-virus.

Il-pandemija f’Malta feġġet fis-7 ta’ Marzu, u minn dakinhar s’issa nstabu total ta’ 670 każi pożittivi. Minnhom fiqu 635 persuna, filwaqt li 9 mietu.

In-numru totali ta’ swab tests li saru s’issa jammonta għal 93,387.

OFFICIAL COVID-19 figures for 27•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Saturday, June 27, 2020

Bħalissa hemm seba’ persuni li qed jirċievu l-kura fi sptarijiet differenti. Hemm persuna waħda fl-Isptar Mater Dei, u l-Isptar Karin Grech, żewġ persuni fl-Isptar San Tumas u tliet persuni fl-Isptar Boffa.