L-ebda każ ġdid ta’ coronavirus fl-aħħar 24 siegħa

Miguela Xuereb

Fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus fil-pajjiż. Dan kien ikkonfermat permezz ta’ infografika ppubblikata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa.

Matul il-jum tal-bieraħ saru total ta’ 959 swab test biex b’hekk issa l-pajjiż qabeż it-total ta’ 114,779 swab tests b’kollox. Ħadd aktar ma kien ikkonfermat li fiq mill-virus. Fil-pajjiż bħalissa hawn biss erba’ każi attivi.

OFFICIAL COVID-19 figures for 21•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Tuesday, July 21, 2020

Il-Ministeru appella sabiex il-pubbliku li jrid jaċċessa informazzjoni dwar l-aħħar aġġornamenti tal-coronavirus, għandu jagħmel dan abbażi tal-informazzjoni maħruġa mill-paġna ta’ Facebook Saħħa u l-paġna tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.