L-ebda każ ġdid; 464 swab test

REUTERS/Matthias Rietschel

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa ma ġie rreġistrat l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus minn 464 swab test. Hekk kif irkupra pazjent wieħed, l-għadd ta’ pazjenti attivi huwa ta’ 39.

Skont informazzjoni mtellgħa fuq Facebook mill-Ministeru għas-Saħħa, b’kollox f’din il-pandemija tal-Covid-19 saru 88,694 swab test f’Malta. B’kollox kellna 665 każ.

Il-pandemija s’issa ħasdet il-ħajja ta’ disa’ persuni, imma rkupraw b’kollox 617-il pazjent: 363 raġel u 254 mara.