L-ebda karozza tal-linja bl-elettriku

Filwaqt li Transport Malta qed toffri diversi inċentivi biex il-pubbliku jagħmel bidla għal vetturi elettriċi u jużaw aktar it-transport pubbliku bl-għan li jitnaqqas it-tniġġiż, l-ebda karozza tal-linja ma taħdem bl-elettriku. 
Fl-istess ħin, Transport Malta għandha biss 13-il vettura tal-elettriku, li jfissru 15% tal-flotta totali tal-Awtorità.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg ta din l-informazzjoni fil-Parlament għall-mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.