L-ebda kandidatura minflok Karl Gouder fil-Kunsill ta’ San Ġiljan

Il-Kummissjoni Elettorali ma rċeviet l-ebda kandidatura biex jimtela l-post ta’ Karl Gouder fil-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.
Dan wara li Gouder irriżenja minn Sindku tal-lokalità biex bħal-lum ġimgħa ħa postu fil-Parlament minflok il-Professur Albert Fenech.
Fl-1 ta’ April li għadda, Prof. Albert Fenech ħabbar ir-riżenja tiegħu mill-Parlament f’ittra li bagħat lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Dan sabiex jagħmel xogħol ta’ konsulenza barra minn Malta u jipparteċipa fi proġetti tal-kumpanija Vitals Global Healthcare.
Karl Gouder intgħażel waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv u l-Kumitat Eżekuttiv tal-PN.