L-ebda kampanja biex l-NGOs jieqfu jsalvaw il-ħajjiet – Il-Ministru Farrugia

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ċaħad li l-Gvern qed jikkampanja biex iwaqqaf lill-NGOs milli jsalvaw il-ħajjiet.  Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Ministru insista li l-għan tal-Gvern huwa totalment l-oppost.

Il-Ministru Farrugia rrimarka li l-vapuri tal-NGOs li jsalpaw minn u lejn il-portijiet Maltin iridu jkunu konformi mal-liġijiet internazzjonali u Maltin. Ikkjarifika li l-investigazzjonijiet juru li l-Lifeline ma kienx jonora r-regolamenti kollha.

Barra minn hekk stqarr li l-awtoritajiet għandhom id-dover li jassiguraw li l-membri tal-ekwipaġġ li jinnavigaw il-vapuri għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa u ma jispiċċawx ipoġġu fil-periklu l-istess ħajjiet li jkunu qed jippruvaw isalvaw.