L-ebda interess għall-kunsill tal-Belt; Ħadd ma tefa’ n-nomina

Ħadd ma tefa n-nomina biex jieħu post vakat minn Alexei Dingli li rriżenja minn Sindku tal-Belt. Chris Micallef laħaq sindku tal-belt iżda ħadd ma tefa’ n-nomina fl-elezzjoni każwali. Il-Kummissjoni Eletorali nfurmat dwar dan fi stqarrija llum.

Alexiei Dingli kien tela f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-2013 b’1005 vot, filwaqt li Chris Micallef li issa ħa post Dingli kien ġab 507 voti. Fid- 9 ta’ Jannar Dingli kien irriżenja mill-kariga tiegħu. Filwaqt li Norman Shaw kien tela’ b’947 vot f’isem il-Partit Laburista.

AQRA: Jirriżenja s-Sindku Nazzjonalista tal-Belt