L-ebda indħil tal-Gvern fid-deċiżjoni dwar il-ġurnalisti – MCESD

Iċ-Ċerpersin tal-MCESD John Bencini sostna li ma kienx hemm indħil tal-Gvern fid-deċiżjoni li l-ġurnalisti ma tħallewx jattendu għall-ewwel parti tal-laqgħa tal-Kunsill bħalma kien jiġri s-soltu.
John Bencini sostna li d-deċiżjoni ttieħdet bi qbil mill-imsieħba soċjali f’laqgħa li saret fis-16 ta’ Diċembru li għadda.
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ta’ dalgħodu, il-ġurnalisti ma tħallewx isegwu l-ewwel parti tal-laqgħa li kienet tinkludi d-diskorsi tal-ftuħ tal-laqgħa.
Minflok, bid-deċiżjoni li ttieħdet f’Diċembru, il-ġurnalisti se jkunu jistgħu jieħdu kummenti qabel jew wara l-laqgħa iżda mhux jidħlu għal-laqgħa kif kien isir taħt il-Gvern preċedenti.
Id-deċiżjoni tal-MCSED ittieħdet wara li membru tal-Kunsill saħaq li kien ġie interpretat ħażin fil-midja.