​“L-ebda impjegat ġdid mal-Gozo Channel bejn April u Ġunju” – Ministru Caruana

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-kumpanija Gozo Channel ma daħħlet l-ebda impjegat ġdid magħha bejn April u Ġunju ta’ din is-sena.
Hija kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni, Newsbook.com.mt kien żvela kif f’Għawdex kienu ngħataw impjiegi mal-Gvern jew ma’ kumpaniji tal-Gvern, permezz ta’ sub-contractors.
L-istess sorsi li kienu tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li mal-115-il persuna bdew joffru servizz lill-kumpanija Gozo Channel, madwar ġimagħtejn qabel l-elezzjoni ġenerali.