L-ebda ħsara rappurtata wara terremot f’Ruma

Read in English.

Terremot b’qawwa ta’ 3 ġie rreġistrat fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa, fil-provinċja ta’ Tivoli li tinsab lejn il-Grigal ta’ Ruma.

Skont is-sejbiet tal-Isitut Nazzjonali għall-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija (National Institute of Geophysics and Volcanology (Ingv)), it-terremot seħħ fis-2.12 ta’ filgħodu f’fond ta’ 16-il kilometru, u kellu l-epiċentru tiegħu bejn Marcellina u San Polo dei Cavalieri.

It-terremot inħass sew mill-popolazzjoni, imma ma ġie rrappurtat l-ebda dannu lill-persuni jew ħsara f’bini.