
Read in English.
Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea naqsu milli jsibu soluzzjoni għall-kriżi tal-immigrazzjoni, fis-Summit li sar fi Brussell nhar il-Ħadd illi għadda. Huma qablu li jissikkaw iktar il-fruntieri esterni tagħhom u qablu li jagħtu aktar flus lill-pajjiżi barranin biex jipprevjenu lin-nies milli jaħarbu lejn l-Ewropa. Imma ma setgħux jaqblu dwar kif jistgħu jaqsmu lil dawk li qegħdin jfittxu l-ażil.
Reazzjonijiet varji mill-mexxejja Ewropej
Il-Kanċilliera Ġermaniża Angela Merkel qalet li se tfittex ftehim dirett ma’ stati differenti dwar il-migrazzjoni. Il-Ġermanja hija l-aktar pajjiz li jaslu immigranti ġodda u Merkel hija taħt pressjoni biex trażżan dawn in-numri. Is-sieħba tal-koalizzjoni tagħha qed tinsisti għal azzjoni aktar soda li tista’ tkisser il-Gvern ta’ bejniethom. “Se jkun hemm ftehimiet bilaterali u trilaterali, kif nistgħu ngħinu lil xulxin, mhux dejjem tista tistenna lill-membri kollha”, qalet Merkel.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron offra l-appoġġ tiegħu, qal li s-soluzzjoni għandha tkun “Ewropea”, iżda tista’ tkun biss bosta stati flimkien. Huwa ppropona l-ħolqien ta’ ċentri magħluqa, fejn l-awtoritajiet Ewropej ikunu jistgħu jivvalutaw malajr jekk il-migranti humiex eliġibbli jew le biex japplikaw għall-ażil u jibagħtu lil dawk li ma jikkwalifikawx. Iċ-ċentri huma mistennija li jippermettu rispons rapidu għat-talbiet għall-ażil, kif ukoll li trawwem is-solidarjetà Ewropea sabiex kull pajjiż jieħu b’mod organizzat il-migranti li huma intitolati għall-ażil.
Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, li qal li kien se jitlaq minn Brussell “deċiżament sodisfatt”, irid ukoll iwaqqa’ r-regoli li jistipulaw li l’ewwel pajjiż tal-UE huwa responsabbli għal kwalunkwe persuna li tasal hemm. Huwa qal li dawk li jirrifjutaw li jieħdu xi wħud mill-wasliet ġodda għandhom jiksbu anqas flus mill-kaxxa tal-UE, idea li kienet indirizzata għall-erba’ stati ex-Komunisti fil-Lvant li ma jridu jospitaw lil xi ħadd.
Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, li tkellem fis-sessjoni, iddeskriva s-sitwazzjoni bħala “prekarja”.
Skont informazzjoni maħruġa minn Nazzjonijiet Uniti turi li madwar 41,000 persuna qasmu lejn l-Unjoni Ewropea tul din is-sena. Iżda l-istħarriġ tal-opinjoni juri li l-immigrazzjoni hija l-akbar inkwiet tal-500 miljun ċittadin tal-UE.