L-ebda azzjoni f’Malta kontra suspettat traffikant tal-fuel

Mhux se tittieħed l-ebda azzjoni f’Malta kontra Gordon Debono ssuspettat bi traffikar tal-fjuwil f’Malta. Dan wara li fil-Qorti quddiem il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi rappreżentant tas-Sanctions Monitoring Board qal li mhu se tittieħed l-ebda azzjoni fil-kontront ta’ Gordon Debono.

Dan ħareġ wara li fit-22 ta’ Lulju l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li se jkun qed jissapportja kull sansjonijiet li jiġu imposti min-Nazzjonijiet Uniti.

Gordon Debono u Darren Debono ġew arrestati flimkien f’Settembru 2017 mill-Awtoritajiet Taljani f’Katanja u Lampedusa wara li ġie arrestat il-Libjan Fahmi Slim Bin Khalifa.  Huma ġew akkużati li traffikaw il-fjuwil bejn il-Libja, Malta u l-Italja.

Gordon Debono fl-argument tiegħu quddiem l-ewwel Qorti qal li hu qatt ma kien infurmat li qed jiġi investigat f’Malta. Huwa kien jaf biss li qed jiġi investigat fl-Italja. L-avukat tiegħu saħaq li l-Qorti Taljana tatu l-ħelsien mill-arrest minħabba diversi raġunijiet fosthom li kellu kondotta nadifa.