L-EASO jerġa’ joffri s-servizzi li twaqqfu minħabba l-coronavirus

EASO

Read in English.

L-Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ ta’ dawk li qed ifittxu l-Ażil (EASO) ħabbar li se jkun qed jerġa’ joffri s-servizzi li kien waqqaf minħabba l-coronavirus. Dan se jaffettwa l-ħidma tal-EASO f’Malta, f’Ċipru, fil-Greċja, u fl-Italja.

Fi stqarrija d-Direttur Eżekuttiv tal-EASO Nina Gregori rringrazzjat lill-awtoritajiet tal-ażil fl-erba’ stati membri li fihom jopera l-EASO. Laqgħet ukoll id-deċiżjoni ta’ Malta biex tinfetaħ Aġenzija Internazzjonali tal-Protezzjoni. Gregori tinsab ċerta li dan se jsaħħaħ is-sistema nazzjonali tal-ażil.

L-EASO qal li l-bini tiegħu nbidel biex ikun addattat għaż-żminijiet tal-pandemija. Qal ukoll li fejn ikun possibli x-xogħol se jkun qed isir barra mill-uffiċini tiegħu.

L-uffiċċju qa; li minkejja li xi servizzi ġew sospiżi, oħrajn baqgħu għaddejjin. Semma’ r-relokazzjoni ta’ 1,600 tifel u tifla mill-Greċja u r-relokazzjoni ad hoc fil-Mediterran.