“L-Earth Garden jikser ir-rekords”

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat qal li l-Earth Garden mhux biss irnexxielu jiġġedded u jwessa' l-attivitajiet ambjentali, kulturali u soċjali, iżda rnexxielu wkoll jikser ir-rekords tiegħu stess.
Meta żar il-festival tal-Earth Garden f’Ta’ Qali, il-Ministru Brincat qal li mhix ħaġa ta’ kuljum li wieħed ilaqqa’ flimkien il-konservazzjoni tal-enerġija u l-immaniġġjar tal-iskart, mal-mużika, l-arti, il-camping u d-divertiment fi sfond qawwi ambjentali.
Innota b’sodisfazzjon li l-enfasi tal-Earth Garden qed tiżdied minn sena għall-oħra. 
Ritratt: DOI – Omar Camilleri