“L-Ażerbajġan jispjuna” fuq ulied Daphne

It-tifel tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia qal li qed jintbagħtu uffiċjali Ażerbajġani biex isegwu dak li jkunu qed jgħidu f’xi avvenimenti.
Fuq Twitter, Caruana Galizia qal li l-Gvern tal-Ażerbajġan bagħat diplomat biex isegwi l-proċedimenti f’tliet attivitajiet li fihom tkellem flimkien ma’ ħutu.
Stqarr li dawn “jinħbew fl-udjenza u jieħdu nota ta’ kull ma ngħidu”.
F’reazzjoni qal dawn l-allegazzjonijiet, il-Membru tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech qal li huwa kompletament inaċċettabbli.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Sadanittant, Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet dwar dan il-każ lill-konslu onorarju għall-Ażerbajġan f’Malta.