L-Awtoritajiet regolatorji ma jagħtux kas ir-regolamenti

Numru ta’ awtoritajiet regolatorji u entitajiet tal-Gvern li huma responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet u regolamenti f’diversi oqsma importanti mhux jagħtu kas ir-regolamenti li huma stess irregolati bihom. Dawn jinkludu Transport Malta, Infrastructure Malta, il-Kunsill Mediku Malti, u l-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu, ITS.

Ix-xogħlijiet fi Triq tal-Balal bdew minkejja li l-permess għadu ma nagħtax. Iż-żewġ entitajiet responsabbli għax-xogħol li qed isir huma Infrastructure Malta u Transport Malta. Ix-xogħol jinkludi roundabouts ġodda u karreġġjati ġodda fil-bypass, iżda jinkludi wkoll it-teħid ta’ art barra miż-żona tal-iżvilupp u art li tintuża għall-agrikoltura.

Il-Kunsill Mediku Malti għadu jrid jippubblika r-rapport annwali tas-sena l-oħra, liema rapport suppost ġie ppubblikat fl-ewwel kwart ta’ din is-sena.

L-entità l-ġdida li għadha kif twaqqfet, Ambjent Malta, twaqqfet mingħajr ma nħareġ Avviż Legali. Dwar dan saret mistoqsija parlamentari mid-deputat Nazzjonalista u kelliem għall-ambjent Jason Azzopardi. Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera kien ikkwotat jgħid li Ambjent Malta se titwaqqaf qabel is-sajf iżda din twaqqfet ftit tal-ġimgħat ilu mingħajr il-liġi neċessarja li tirregolamentaha.

L-ITS tmexxa lejn Ħal Luqa qabel ma nħareġ permess għall-iżvilupp. L-applikazzjoni għall-iżvilupp ġiet ippubblikata l-ġimgħa l-oħra fil-Gazzetta tal-Gvern.

Aqra r-rapport sħiħ hawn.