L-awtoritajiet qed ikaxkru saqajhom biex jinbidlu l-policies abbużivi – Ronald Camilleri

Il-membru tal-Kummissjoni Interdjoċesana għall-Ambejnt Ronald Camilleri qal li l-isfreġu ambjentali qed isir għax f’Malta hawn min kapaċi jdur mal-policies ambjentali u jieħdu dak li jrid.

Meta kien qed jitkellem ma’ Fr. Joe Borg waqt il-programm The Newsbook Hour, Camilleri qal li l-awtoritajiet qed ikaxkru saqajhom biex jinbiddlu policies abbusivi. Huwa stqarr f’dawn il-każijiet m’għandix tinbidel il-policy iżda l-liġi għaliex il-konsulent li jkun ta parir lill-Gvern biex ifassal din il-policy, jkun l-istess wieħed li qed jirrapreżenta lill-klijent tiegħu quddiem it-tribunal u allura ikun jaf minn fejn għandu jgħaddi biex iġibha żewġ.

“Aħna f’Malta m’għandix is-saħħa li nbiddlu l-klima dinjija iżda għal dak il-ftit nifs li nieħdu mhu qed nagħmlu xejn,” qal Camilleri.

Huwa qal li l-pajjiż qed jitfaaqar mill-ispazji miftuħa f’dawn il-proġetti kapitali kollha. Camilleri stqarr ukoll li anki fi ħdan il-Knisja stess irid isir eżami tal-kuxejnza biex niżguraw li l-attivitajiet pastorali ma jgħarqux l-ambjent għal gwadann pastorali biss.