“L-awtoritajiet ma sabu l-ebda deheb misruq” – George Tabone

Wara li aktar kmieni llum ħarġet l-aħbar li l-qorti ordnat l-iffriżar tal-assi ta’ George Tabone u l-kumpanija tiegħu ‘Gram Collections’, l-istess George Tabone sostna li minkejja dan, la hu u l-anqas il-kumpanija ma nstabu ħatja ta’ xi reat jew ta’ xi akkuża li hemm fil-konfront tiegħu jew tal-kumpanija.

George Tabone żied jgħid li l-liġi stess tgħid li hu innoċenti sakemm ma jkunx pruvat mod ieħor. Fi stqarrija lill-mezzi tax-xandir, Tabone ċċara l-pożizzjoni tiegħu u għamilha ċara li se jirribatti b’kull mod legali l-allegazzjonijiet foloz li qed isiru kontrih. Tabone saħaq li l-awtoritajiet ma sabu l-ebda ġojjelerija jew deheb misruq.