L-awtoritajiet jemmnu li l-MH370 kien qed itir bl-autopilot

L-uffiċjali Awstraljani qalu li jinsabu kunfidenti li l-ajruplan MH370 kien qed itir bl-autopilot meta għeb għal kollox minn fuq ir-radar. 
L-ajruplan tal-Malaysia Airlines sparixxa nhar it-8 ta’ Marzu b’239 passiġġier abbord.
L-ajruplan kien qed itir bejn Kuala Lampur u Beijing. 
Iż-żona ta’ tfittxija issa mxiet lejn in-nofsinhar tal-Oċean Indjan.