‘L-awtorità tax-xandir toħnoq il-vuċi tagħna’ – AD

F’konferenza stampa ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità tax-Xandir, Alternattiva Demokratika qalet li l-qagħda attwali dwar ix-xandir pubbliku turi li dan hu qasam li jeħtieġ li jkun demokratizzat.

Il-partit tal-ħodor iddeskriva l-Awtorità tax-Xandir bħala ‘kompliċi tal-PBS fl-attentati tagħha biex toħnoq il-vuċi tal-AD’.

Waqt din il-konferenza, intqal kif l-aċċess għax-xandir m’għandux jiddependi fuq ir-rappreżentanza parlamentari iżda għandu jitwessa’ għall-partiti politiċi kollha.