L-Awtorità tax-Xandir tħallas €85 fis-siegħa għall-konsulenza

L-Awtorità tax-Xandir ħallset €85 għal kull siegħa f’konsulenza fl-2016.
Dan qalu l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli.
Il-Ministru Bonnici naqas milli jispjega kemm-il siegħa saret f’konsulenza u dwar xiex kienet il-konsulenza.
Minn tabella li ppreżenta fil-Parlament joħroġ li l-Awtorità tax-Xandir nefqet €361,596.76 f’direct orders minn Marzu 2013 sal-2016.
Id-direct orders kienu jvarjaw minn restawr fuq ir-rukkelli tal-film, konsulenzi, surveys u fit-tibdil tal-antenna tal-Għargħur.
L-ogħla spiża kienet fit-tibdil fl-antenna, li swiet €177,290. Ma’ dawn trid tiżdied spiża ta’ kważi €12,000 fi spejjeż ta’ instalazzjoni għad-dawl fis-sit tal-Għargħur.
L-Awtorità tax-Xandir nefqet ukoll €25,000 fi stħarriġ mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Fl-2016, l-Awtorità tax-Xandir nefqet kważi €9,000 f’kirjiet ta’ karozzi.