Il-BA b’laqgħa mal-IĠM biex tikkjarifika għaliex iċċensurat lill-ġurnalisti

Read in English.

L-Awtorità tax-Xandir se tkun qiegħda tiltaqa’ mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) sabiex tikkjarifika għaliex iċċensurat il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt il-konferenzi stampi fuq l-Istazzjon Nazzjonali.

L-Awtorità tax-Xandir fl-ittra qalet ukoll li l-kandidat prospettiv għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ukoll staqsa biex ikun hemm laqgħa iżda din ġiet irrifjutata minħabba li għad m’għandu l-ebda kariga uffiċjali.

Grech kien bagħat ittra oħra lill-Awtorità tax-Xandir wara li ttieħdet din id-deċiżjoni bit-tweġiba tal-Awtorità tkun li l-argumenti ta’ Grech huma infondati.

Il-kandidat prespettiv saħaq li l-pubbliku jistenna aħjar mill-Awtorità u hi għandha l-irwol li tassigura li x-xandir tal-Istat għandu jkun imparzjali u bbilanċjat. Huwa akkuża lill-Awtorità tax-Xandir li mhux qed tkun imparzjali.

Iċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir Frank Farrugia fir-risposta tiegħu kkonferma d-deċiżjoni tiegħu li kienet approvata unanimament u l-laqgħa mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin se sservi biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu.