L-Awtorità tax-Xandir b’azzjoni fuq kliem mhux f’postu fil-Parlament

Il-Membri Parlamentari Maltin dalwaqt ikollhom iqisu iktar kliemhom u joqogħdu attenti kif jitkellmu bejniethom fil-Parlament, hekk kif mhux eskluż li tittieħed azzjoni fuq kliem dispreġġativ li jintqal.
L-Awtorità tax-Xandir mistennija tieħu azzjoni dwar diskors dispreġġativ li intqal minn Membri Parlamentari fil-Parlament u li xxandar fuq l-istazzjon Parlament TV.
Kelliem għall-Awtorità tax-Xandir qal ma’ Newsbook.com.mt li “l-Awtorita’ ħadet nota ta’ dak li kien imxandar fuq Parlament TV u filwaqt li qed tistudja s-sitwazzjoni, tassikura li tieħu l-miżuri neċessarji kontemplati fil-Liġi skont il-każ.”
Madwar ġimgħatejn ilu, l-iSpeaker Anġlu Farruġia ċċensura kliem li uża s-Segretarju Parlamentari Ian Borg waqt seduta Parlamentari l-ġimgħa ta’ qabel u ordna t-tħassir tagħhom mit-traskrizzjoni ta’ dik is-seduta.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut