€15,000 għal Puttinu Cares mill-Awtorità tal-Ippjanar

L-Awtorità tal-Ippjanar ġabret €15,000 għal Puttinu Cares.
Dan sabiex tfakkar l-ewwel sena mit-twaqqif tagħha.
Iċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv, Johann Buttigieg qal li l-Awtorità temmen fil-ħidma għall-karità, bħalma hi ta’ Puttinu Cares.
Spjega li l-flus inġabbru mill-ħaddiema waqt attivitajiet ta’ġbir ta’ fondi u iniżjattivi oħra.
Huwa qal ukoll li din is-sena kienet l-ewwel sena, wara għoxrin sena, li l-Awtorità rnexxielha tagħmel profit.
Temm jgħid li matul l-aħħar sena l-Awtorità żammet mat-8,000 applikazzjoni.