​“L-Awtorità tal-Ippjanar tibqa’ prijorità għall-Gvern” – Aaron Farrugia

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li l-Awtorità tal-Ippjanar tibqa’ prijorità għall-Gvern tant li qed jitnedew żewġ proġetti ta’ €2 miljun li huma kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. 
Aaron Farrugia tkellem dwar il-proġetti u qal li wieħed minnhom huwa dwar taħriġ lill-impjegati tal-Awtorità biex ikunu iktar effiċjenti, filwaqt li t-tieni proġett huwa dwar sistema ġdida ta’ informazzjoni li tgħin lill-uffiċjali pubbliċi kollha.
Tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius li qal li dan it-taħriġ ikompli fil-proċess tar-riforma fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar li kien beda fl-2016.
Ritratt: DOI – Cloddagh O'Neill