L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova bini f’art ODZ

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-iżvilupp ta’ dar għall-anzjani fin-Naxxar. Din id-dar se tinbena fl-art urbana ’l barra miż-żona tal-iżvilupp. Hija se jkollha 117-il kamra, kamra tal-ikel, kappella, gym u kamra mortwarja.
Hija approvat ukoll pompa tal-petrol fi triq prinċipali ta’ Burmarrad f’San Pawl il-Baħar. Il-pompa tal-petrol se tinbena fuq art ta’ 3,000 metru kwadru f’għalqa abbandunata.
L-Awtorità approvat ukoll skavar ta’ mina taħt l-art u alterazzjonijiet oħra fuq il-lido tal-lukanda San Antonio fil-Qawra.
Dan il-proġett se jsir fejn il-bajja u se jinkludi żewġ lifts u taraġ pubbliku li jagħti għal-lido u l-bajja.