“L-Awtorità tal-Ippjanar qed tikkalunja lis-sostenibbiltà tal-ambjent Malti” – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) jidhirlu li l–Awtorità tal-Ippjanar (PA) qed tikkalunja lis-sostenibbiltà tal-ambjent Malti bl-immaniġġjar ħażin tagħha, li skont il-PD juri li m’għadx għandh għal qalbha lim tibni b’mod sostenibbli.
Żied jgħid li l-klijenteliżmu u l-indħil eżaġerat tal-Gvern fix-xogħol tal-PA juri biċ-ċar li finalment l-awtorità m’għandhiex awtonomija.
Il-Partit tal-Oranġjo staqsa fi starrija kif għd m’hemmx masterplan nazzjonali, minkejja dan l-iżvilupp urban li qed isir, u għafas fuq l-istudju dwar l-impatt soċjali tal-iżvilupp li għandu jkun pass importanti fl-operat tal-PA.
Madankollu l-PD qal li dan l-istudju l-PA qed tagħmlu mingħajr ebda kriterji jew direzzjoni sabiex verament tindirizza l-ħtiġijiet tal-poplu u l-ambjent.
Tkellem ukoll dwarit-turiżmu, u semma n-numru ta’ lukandi li qal li qed ifaqqsu, li mhumiex iħarsu lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja.
Il-PD temm jgħid li jaqbel mal-Kummissjoni Interdjoċdesana Ambjent u ma’ bosta NGOs, li jemmnu li l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi u s-Sovratindenza tal-Wirt Kulturali għandhom jissaħħew.