L-Awtorità tal-lppjanar qed tabbuża mill-art ta’ ħdejn il-barrieri – PD

Il-Partit Demokratiku qal li waqt li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet il-permessi biex barrieri mhux użati jiġu mibdula f’irziezet solari l-istess awtorità qed tabbuża minn din il-politika meta qed tati permessi f’art agrikola.

Il-Kap tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia qal li l-Awtorità tal-Ippjanar mhux qed tati valur lin-natura u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi hija wisq debboli biex tappella dawn id-deċiżjonijiet abbużivi.  Il-PD qal li minkejja li bħala Partit laqgħu din il-politika, il-barrieri li ġew riabilitati f’art agrikola ma jaqgħux taħt din il-politika.

Il-kandidat għall-Parlament Ewropew Martin Cauchi Inglott qal li nħareġ permess għar-razzett solari f’barriera l-Imġarr u minħabba d-daqs dawn mhux se jkunu effettivi. Żiedu li dawn se jkomplu jżidu mal-impatt negattiv tal-kostruzzjoni li se jispiċċa fil-ħamrija.

”Djar normali se jinxtraw biss mill-miljunarji” – Cauchi Inglott

Il-kandidat għall-Parlament Ewropew Martin Cauchi Inglott staqsa jekk hux komda li wieħed qed jgħix ġo ġajjiż fejn id-djar normali jistgħu jixtruhom biss il-miljunarji. Huwa qal li l-maġġoranza ta’ dawk li jaħdmu se jispiċċaw foqra u l-investituri se jkomplu jeqirdu dak li fadal min-natura.

Inglott qal li hu jemmen li l-Partit Demokratiku jista’ jġib il-bidla f’Malta u ħeġġeġ lill-pubbliku biex jivvota lill-Partit Demokratiku. Kompla li s-Sibt li ġej il-poplu se jiddeċiedi jekk iridx iktar mill-istess politika jew inkella jridx it-tielet partit. Huwa qal li ħafna min-nies jitwieldu affiljati ma’ Partit u ma jsaqsux fuq il-lealtà tagħhom għalhekk ħeġġeġ biex in-nies jikkondisraw li ma jibqgħux fin-norma u jivvutaw lill-Partit Demokratiku.