“L-Awtorità tad-Djar m’għandhiex tiddependi fuq sidien il-kera biex jipprovdu prezz baxx” – MDA

Read in English.

Is-sezzjoni tas-sidien tal-kera tal-Assoċċjazzjoni tal-Iżvilupp f’Malta (MDA), sostniet li l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex tibqa’ tiddependi fuq sidien il-kera biex jipprovdu akkomodazzjoni residenzjali bi prezz baxx għal dawk li huma kapaċi jħallsu l-kera tal-lum bħal ħaddieħor. Dan qalitu b’referenza għall-ftehimiet dwar il-kera ta’ qabel l-1995, li issa ġew meqjusa li jmorru kontra l-kostituzzjoni, u li jħallu ħafna sidien tal-kera żvantaġġati sal-lum.

Fi stqarrija, l-assoċċjazzjoni spjegat li wara laqgħa ma’ esperti legali dwar il-liġi tal-kera kif inhi proposta bħalissa, irrejalizzat li kemm is-sidien kif ukoll li qed jikru se jmorru għall-agħar.

Il-President tal-Assoċċjazzjoni, Sandro Chetcuti, appella lill-Awtorità tad-Djar biex tiftakar li s-suq tal-kiri huwa magħmul ukoll minn residenzi ta’ valur għoli, apparti minn appartamenti ta’ valur baxx li ovvjament huma iżjed komuni. Saħaq ukoll li hija kruċjali li l-kunċett tal-libertà tal-kuntratt tinżamm fil-liġi l-ġdida, u talab lill-Parlament biex joqgħod attent rigward dan il-fatt.

L-assoċċjazzjoni qalet li l-liġi l-ġdida se toħloq problemi ġodda flok ssolvi problemi kbar li diġà hemm. Skontha, miżuri fil-liġi l-ġdida se jnaqqas il-fiduċija bejn sidien u dawk li jikru, li tista’ toħloq problemi kbar fis-soċjetà.

Aqra:

Aġġornata: Riforma kera: Tgħaddi mit-2ni qari; “Ma tindirizzax kera għolja wisq” – NGOs

“Inaċċettabbli li l-Awtorità tad-Djar tista’ tidħol f’dar privata” – Il-Kamra tal-Kummerċ