L-Awtorità tad-Djar issa b’uffiċini f’Raħal Ġdid

Arkivji

L-Awtorità tad-Djar estendiet is-servizzi tagħha fl-uffiċini ta’ servizz.gov f’Raħal Ġdid.

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali qal li dan sar biex l-Awtorità tkun eqreb tan-nies u biex jonqos l-inkonvenjent għall-klijenti tagħha. Rappreżentanti tal-awtorità jkunu preżenti fl-uffiċċji ta’ servizz.gov, f’Casal Paola, Triq il-Knisja, Raħal Ġdid, kull nhar t’Erbgħa bejn it-8 am u l-11.30 am.

Waqt żjara f’dawn l-uffiċini, is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li din hi parti mill-istrateġija tal-Gvern biex l-Awtorità tad-Djar tkun aktar sensittiva b’kuntatt dirett man-nies. Ħabbar li minn mindu beda jiġi offrut dan is-servizz fl-aħħar ġimgħat, l-awtorità diġà pproċessat 35 każ. Mhux eskluż li dan is-servizz jiġi estiż f’lokalitajiet oħra fil-futur.