L-awtopsja tikkonferma li Martin Cachia miet fl-isplużjoni u mhux fin-nirien

L-awtopsja li saret fuq il-katavru ta’ Martin Cachia kkonfermat li r-raġel miet fl-isplużjoni ta’ bomba fil-karozza u mhux fin-nirien li ħakmu l-karozza tiegħu wara l-isplużjoni.
Martin Cachia ta’ 56 sena minn Wied il-Għajn tilef ħajtu hekk kif splodiet bomba li kienet fil-karozza li kien qed isuq.
Il-karozza nvoluta fl-isplużjon ma kinitx irreġistrata fuq isem il-vittma iżda jidher li kien jużaha regolarment.
L-isplużjoni seħħet is-Sibt li għadda għall-ħabta tad-9.15 ta’ filgħodu fi Triq il-Latmija f’Wied il-Għajn.
Cachia kellu każ pendenti l-Qorti b’rabta ma’ allegat traffikar tal-bnedmin.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Pulizija qalu li ma jirriżultax li kien hemm każijiet ta’ theddid fuq Cachia għaliex qatt ma saru rapporti simili.
Dwar l-isplużjoni nħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin.