L-awtopsja tikkonferma li l-Franċiżi mietu mgħarrqa

Ir-raġel u t-tfajla Franċiżi li tilfu ħajjithom fil-baħar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, mietu mgħarrqa fix-Xwejni.

Dan ħareġ mill-awtopsja li saret fuq il-kadavri ta’ Emma Yanicostas ta’ 17-il sena u ta’ Pierre Berlatier ta’ 53 sena.

Il-katavru tar-raġel ittella’ mill-baħar nhar is-Sibt stess wara li martu u t-tifla sejħu għall-għajnuna.

Madanakollu minħabba l-baħar qawwi t-tfittxija għat-tfajla kienet waħda diffiċli u nstabet ilbieraħ filgħodu.